Nitlob sabiex permezz tal-meditatazzjoni jiena nikkultiva fija spirtu ta’ karità

Konxju mit-tbatija ikkaġunata minn kull attakk fuq tal-ħajja umana, nipproponi li nikkultiva fija spirtu ta’ kompassjoni. Infittex li nitgħallem metodi u nħaddem meżżi sabiex kif nista’ u sakemm jiddependi minni nipproteġi l-ħajja tan-nies u tal-ħolqien kollu ta’ madwari. Jiena rrid inkun persuna li naħdem favur il-ħajja hi f’liema stat hi.

Nitlob sabiex permezz tal-meditatazzjoni jiena nikkultiva fija spirtu ta’ mħabba u tjubija

Konxju mit-tbatija ikkaġunata mill-esplojtazzjoni, mill-inġustizzji soċjali, mis-serq u l-oppressjoni, jiena nikkultiva fija spirtu ta’ mħabba u tjubija. Infittex li nitgħallem metodi u nħaddem meżżi sabiex niddefendi d-drittijiet tal-bnedmin ħuti u tal-ħolqien kollu. Inwiegħed li nipprattika l-ġenerożità billi naqsam ħini, l-eneġija u dak kollu li għandi ma’ min hu fil-bżonn. Jiena nwiegħed li ma nieħu qatt dak li mhux tiegħi, nirrispetta dak kollu li hu ta’ ġid komuni, u li qatt ma nabbuża billi nagħmel qliegħ jew profitt inġust minn fuq dahar ħaddieħor jew billi nqarraq b’ħaddieħor.

Nitlob sabiex permezz tal-meditatazzjoni jiena nikkultiva fija spirtu ta’ integrità fl-imġieba tiegħi

Konxju mit-tbatija ikkaġunata minn imġieba sesswali żbaljata, nipproponi li nikkultiva fija spirtu ta’ integrità fl-imġieba tiegħi. Infittex li nitgħallem metodi u nħaddem meżżi sabiex kif nista’ u sakemm jiddependi minni nipproteġi l-integrità ta’ kull persuna, koppja, familja u soċjetà. Jiena nwiegħed li ma nidħol qatt f’relazzjonijiet ta’ natura egoista jew li mhix bi skop dejjiemi. Jiena nwiegħed li nżomm kelmti u l-wegħdiet li jiena nagħmel. Inwiegħed ukoll li nagħmel dak kollu li nista’ biex nipproteġi t-tfal u lill-familji minn kull forma ta’ abbuż.

Nitlob sabiex permezz tal-meditatazzjoni jiena nikkultiva fija spirtu ta’ silenzju

Konxju mit-tbatija ikkaġunata mill-kliem żejjed u l-inkapaċita’ li ma tismax lill-ħaddieħor, nipproponi li nikkultiva fija spirtu ta’ silenzju u kapaċità li nisma’ biex b’hekk inġib il-ferħ u n-naqqas it-tbatija fl-oħrajn. Infittex li nitgħallem metodi u nħaddem meżżi sabiex kif nista’ u sakemm jiddependi minni, ngħid biss u dejjem il-verità, nuża kliem li bih ninkoraġġixxi, u nġib il-paċi u t-tama. Inwiegħed li qatt ma nxerred aħbarijiet ħżiena jew għajdut u li lanqas ma mmaqdar jew nikkundanna lil ħadd. Nevità wkoll li nuża kliem li bih nista’ nġib firda jew ġlied, jew li bih nista’ nwassal biex il-familja jew il-komunità titkisser. Għall-kuntrarju, jiena naħdem sabiex ikun hemm rikonċiljazzjoni fejn hemm xi forma ta’ konflitt, kemm jekk ikun żgħir kif ukoll jekk ikun kbir.

Nitlob sabiex permezz tal-meditatazzjoni jiena nikkultiva fija spirtu ta’ qies

Konxju mit-tbatija ikkaġunata mill-infiq żejjed, nipproponi li nikkultiva fija spirtu ta’ qies. Infittex li nitgħallem kif nieħu ħsieb is-saħħa, kemm dik fiżika kif ukoll mentali għalija, għall-familja tiegħi u għas-soċjetà billi noqgħod attent x’niekol, x’nixrob u x’nixtri. Inwiegħed li nikkonsma biss dawk l-oġġetti li jgħinuni nikkultiva fija l-paċi, is-sanita, u l-ferħ. Inwiegħed li qatt ma nagħmel użu aċċessiv mill-alkoħol jew xorb tossiku. Nastjeni milli nħalli jidħol fija kull ħaġa qarrieqa jew ħażina kemm jekk tkun ġejja minn programm fuq it-TV, kompjuter, magażin, kotba, films jew diskursati. Jiena konxju li jekk inħalli lili nnifsi niġi mħassar minn dawn l-affarijiet inkun qed nonqos lill-antenati, lill-ġenituri, lis-soċjetà u lill-ġenerazzjonijiet futuri. Inwiegħed li naħdem sabiex nibdel il-vjolenza, il-biża’, ir-rabja u l-konfużjoni fija u fis-soċjetà billi nsum minn kull ħaġa li tagħmilli l-ħsara. Nifhem li meta nastjeni milli nħalli jidħol fija l-ħażen f’kull forma tiegħu nkun qed ngħin sabiex sseħħ fija dik trasformazzjoni tant importanti għalija u għas-soċjetà inġenerali.

WCCM Malta
Talba
Gheruq tal-Meditazjoni
Kif Timmedita
Qari tal-Gimgha
Centru tal-Meditazzjoni
Avvenimenti
Ikkuntatjana
Sit Internazzjonali