| Fr John Main OSB | |
![]() |
Fr John irrikmanda l-uzu tal-kelma “Maranatà” għaliex hija waħda mill-eqdem talbiet fil-wirt Nisrani. Insibuha fi tmiem l-Ewwel Ittra lill-Korintin, u wkoll fi tmiem il-Ktieb ta’ l-Apokalissi. Hija kelma bl-Aramajk, l-ilsien li kien jitkellem Ġesù, u tfisser “Ejja, Mulej; ejja, Mulej Ġesù” jew “Jiġi l-Mulej.” Madankollu, f’ħin il-meditazzjoni m’għandekx taħseb dwar it-tifsira tal-kelma - jekk tagħmel hekk din tkunlek aljenazzjoni. Jekk xi ħsieb itelliflek l-attenzjoni tiegħek, allura b’mod fidil u sempliċi erġa’ lura lejn il-mantra tiegħek u tenniha f’qalbek:Ma-ra-na-tà. |
| Fr Laurence Freeman OSB | |
![]() |
Huwa llum responsabbli mill-komunita’ internazzjonali tal-meditaturi Nsara. Huwa ġie Malta f’Mejju 2004, mexxa rtir u ta zewġ seminars għall-pubbliku, wieħed l-Universita’ ta’ Malta u ieħor fiċ-Ċentru Marija Omm l-Ekwilibriju. |
Jekk tixtieq tkun taf aktar fuq John Main u Laurence Freeman zur il-website wccm.org Izda, jekk irridu nitkellmu verament minn għeruq Insara għal din il-forma ta’ talb, allura wieħed irid jaqra dwar wieħed mill-Padri tal-Knisja bl-isem ta’ John Cassian. |
|








