Marija Omm l-Ekwilibriju

Ommna ta' l-Ekwilibriju

Ġurnata waħda f'1967, raħeb, li kien għaddej fi triqtu jimmedita, kellu esperjenza ta' mumenti ta' distrazzjoni ħafna aktar mis-soltu minħabba li, b'mod persistenti, kienet qed tiġi f'moħħu l-kelma ‘ekwilibriju'.

Mill-knisja baqa' sejjer għax-xogħol tiegħu tas-soltu. Hekk kif kien qiegħed ipoġġi xi affarijiet f'posthom fil-kamra tal-bejt, jara kaxxa ta' l-injam mimlija trab u fuqha plakka bi xbieha minquxa fl-injam ta' mara fil-pożizzjoni tradizzjonali ta' kif wieħed joqgħod biex jitlob: ma kienet ħadd ħlief Ommna ta' l-Ekwilibriju. Kopja ta' din ix-xbieha fil-forma ta' pittura fuq it-tila tar-Raħeb Armando tinsab fl-Abbazija ta' Frattocchie, f'Ruma, l-Italja.

Fid-19 ta' Settembru 1968, il-Papa Pawlu VI ġie mogħti kopja ta' din ix-xbieha. Il-Papa f'espressjoni ta' mħabba u ferħ fetaħ idejh u qal: “Ommna ta' l-Ekwilibriju! – dak li l-aktar neħtieġu!”

Abbazija taċ-Ċisterċensi 56, Via Appia Nuova – 00040 Frattocchie (Ruma) – Italja

Marija Omm l-Ekwilibriju
Ic-Centru tal-Meditazzjoni
WCCM Malta
Talba
Gheruq tal-Meditazjoni
Kif Timmedita
Qari tal-Gimgha
Centru tal-Meditazzjoni
Avvenimenti
Ikkuntatjana
Sit Internazzjonali