| Matul dawn ix-xhur, il-gruppi ġew b'mod regolari ħafna fic-Centru Marija Omm l-Ekwilibriju. Kull l-ewwel Hadd tax-xahar gew għal gurnata ta' irtir gruppi differenti mis-Socjeta' tad-Duttrina Nisranija MUSEUM kif ukoll fl-aħħar tmiem il-gimgħa ta' kull xahar kien hemm attivita' mill-Koperattiva: Xogħol u Hena. Gew b'mod regolari wkoll grupp ta' adoloxxenti abbatini mill-Parrocca taz-Zejtun kif ukoll numru ta' koppji li jffurmaw gruppi differenti f'Malta. Għal gimgħa sħiħa kien hemm ukoll tliet Religjuzi li għexu flimkien f'dan l-Eremitagg. Nittamaw li matul is-Sajf, ic-Centru jkompli jkun ta' għajnuna għal kull min jixtieq ħin ta' skiet u riflessjoni mal-Mulej. | ![]() |
|
Is-Sajf għaċ-Ċentru tal-Meditazzjoni | |
|
Dan is-Sajf kien Sajf impenjattiv fiċ-ċentru għall-Meditazzjoni, Marija Omm l-Ekwilibriju. Grupp ta’ żgħażagħ li attendew il-World Youth Day f’Sydney użaw il-post biex talbu u ppreparaw qabel ma bdew il-vjaġġ tagħhom lejn l-Awstralja. Huma kellhom ħin għat-talb fis-skiet, riflessjoni fuq it-tema tal-WYD u qsim ta’ esperjenzi. Grupp ta’ żgħażagħ ieħor għamlu esperjenza ta’ Ħidma u Talb. Huma għamlu ħafna xogħol ta’ manutenzjoni fil-post, barxu l-bibien u naddfu l-passaġġ laterali mill-ħaxix selvaġġ. Huma mbagħad għamlu sessjoni ta’ introduzzjoni dwar il-meditazzjoni u kellhom ukoll il-ħin jistaqsu l-mistoqsijiet li xtaqu dwar l-arti ta’ kif timmedita. Il-grupp ta’ meditaturi li jiltaqa’ fi tmiem il-ġimgħa ta’ l-aħħar ta’ kull xahar imbagħad komplew fejn ħallew dawn iż-żgħażagħ. Huma taw iż-żejt tal-kittien lill-bibien u għamlu xogħol ieħor marbut mal-Koperattiva Xogħol u Hena. Attività oħra saret fil-festa tat-Twelid ta’ Marija, il-Bambina. Grupp ta’ tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom għamlu jum ta’ taħriġ fil-meditazzjoni. Dawn it-tfal, jew aħjar adoloxxenti issa ilhom jimmeditaw fuq bażi regolari għal dawn l-aħħar sena w nofs. Huma xtaqu li l-ġenituri tagħhom ukoll ikunu jafu x’inhi l-meditazzjoni nisranija u għalhekk talbu biex issir sessjoni apposta għall-ġenituri tagħhom. Eżattament qabel ma bdiet is-sena skolastika l-ġdida, sar in-nofs ta’ nhar għaż-żewġ gruppi ta’ adoloxxenti li regolarment jimmeditaw, wieħed fil-MUSEUM tas-Subien fil-Fgura u l-ieħor l-Abbatini tal Parroċċa taż-Żejtun. Huma kellhom l-ewwel sessjoni li fiha għamlu proġett żgħir ta’ diskussjoni fi gruppi u wara waqfa għall-mistrieħ huma mmeditaw flimkien. L-aħħar attività kienet jum ta’ irtir għal komunità żgħira ta’ sorijiet li fil-parti ta’ filgħodu huma wkoll ġew introdotti għall-Meditazzjoni Nisranija kif mgħallma mill-Benedittin Dom John Main. |
![]() |
![]() | |









